Eluf ta’ Maltin, barranin li jgħixu Malta, u turisti attendew għall-erbatax-il edizzjoni tal-kunċert tal-Isle of MTV, li sar it-Tlieta filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana.
Dan l-akbar kunċert bla ħlas fil-kontinent Ewropew irritorna wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija.
Il-kunċert fetħu l-kantant Malti, Shaun Farrugia, li interpreta l-kanzunetti tiegħu li fuqhom ikkollabora mad-DJ internazzjonali, Martin Garrix.
Warajh kompla r-rapper u kantant Kanadiż, bbno$, li fost l-oħrajn kanta l-kanzunetta li hija magħrufa sew fuq il-pjattaforma soċjali ta’ TikTok.
Wara kien imiss lill-kantanta Ingliża, Mae Muller, bil-kanzunetta ‘Better Days’.
L-artist ta’ fama internazzjonali French Montana kanta l-kanzunetta magħrufa ‘Unforgettable’, akkumpanjat b’entużjażmu minn dawk preżenti.
Il-kunċert ingħalaq mid-DJ Marshmello, li qajjem lill-udjenza permezz tal-kanzunetti tiegħu, flimkien ma’ spettaklu tan-nar u anki konfetti.
F’dan il-kunċert ħadu sehem ukoll artisti lokali fosthom Aidan, Enya, Gaia Cauchi, u Maxine Pace.
RITRATTI: KIMBERLEY PORTELLI
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142901/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.23.45-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142901/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.23.53-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142901/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.23.57-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142901/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.24.10-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142901/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.24.23-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142901/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.24.26-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142903/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.24.33-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142903/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.24.42-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142904/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.24.56-PM.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142904/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.25.09-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142904/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.25.23-PM-1024x682.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/20142904/WhatsApp-Image-2022-07-20-at-2.26.15-PM-1024x682.jpeg)
Ritratt tal-folla minn fuq fir-ritratt ewlieni: Paramount