Disat ġriewi li għandhom madwar erba’ ġimgħat nstabu abbandunati f’sit ta’ kostruzzjoni. Li kieku ma kinitx il-qalb tajba ta’ wieħed mill-ħaddiema li kmieni dalgħodu li ħadhom fis-Santwarju tal-Annimali Abbandunati f’Birżebbuġa dawn il-ġriewi kienu fil-periklu li jmutu.
Intant il-voluntieri tas-Santwarju qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jgħinu kemm permezz ta’ donazzjonijiet u anke permezz ta’ xiri ta’ ħalib u ikel apposta għall-ġriewi. Dawn il-ġriewi għadhom mhumiex disponibbli għall-adozzjoni għaliex għadhom fil-perjodu li suppost ikunu flimkien mal-omm.
Kull min jixtieq jagħti l-għajuna tiegħu huwa ġentilment mitlub jagħmel donazzjoni permezz ta’ Paypal:
Info@aaamalta.com jew jibgħat ċekk indirizzat lill-AAA fuq l-address AAA PO Box 24 Birżebbuġa, jew inkella jibgħat messaġġ fuq 50617350 €2.33,50618060 €4.66, 50618910 €6.99, 50619200 €11.6. Kull donazzjoni hija apprezzata.