Eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-Belt ilbieraħ biex igawdu l-brijju li jġib miegħu l-Karnival ta’ Malta, b’xalata ta’ kostumi kkuluriti, żfin u b’karrijiet magħmulin b’sengħa kbira u b’sagrifiċċji kbar.
L-attivitajiet ikomplu llum, bi programm ta’ żfin u defile fi Pjazza San Ġorġ u Triq ir-Repubblika, il-Belt, mill-10:00 ta’ filgħodu san-12:30 u, imbagħad, fl-istess pjazza u triq mill-5:30 ta’ waranofsinhar sat-8:30 ta’ filgħaxija b’defile bis-sehem tar-Re tal-Karnival u kumpaniji oħrajn taż-żfin.













Ritratti: Dunskie