Artist minn South East London qajjem furur fuq il-midja soċjali wara li għamel tip ta’ arti li tissejjaħ ‘street art’ fil-widien tax-Xlendi.
Kienu bosta individwi li lmentaw kif din l-arti m’hi arti xejn iżda hi vandaliżmu. Uħud sostnew li mhux sew li ħażżeż f’post li jarmi s-sbuħija u li din it-tip ta’ arti ma tmurx fin-natura hekk kif tkerrah il-post.
Spjegaw kif xi ħaġa bħal din għandha ssir billi wieħed jitlob permess lill-awtoritajiet u mhux jaqbad u jħażżeż fejn jgħoġob lilu.
L-artist ma staħa xejn wara li għamel din l-arti hekk kif hu ffirma ismu ħdejn it-taħżiż li hu għamel.
One.com.mt tkellem mal-Pulizija fejn dawn sostnew li huma jinsabu infurmati b’dan il-każ li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija bħalissa jinsabu għaddejjin.
U int x’taħseb; arti jew vandaliżmu?