Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija, f’Ħaż-Żabbar, wara li fil-pussess tiegħu nstabu diversi pakketti li kien fihom droga sintetika, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għall-aktar stħarriġ.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Dan l-arrest sar permezz ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.