Il-bidu għal din is-sena kien ferm aktar mistenni mis-snin ta’ qabel, hekk kif it-tokki ta’ nofsilejl fissru għeluq ta’ sena li fiha ġabet magħha sfidi kbar globali.
L-istess sfidi wasslu biex iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena – kif aħna mdorrijin naraw jew nipparteċipaw fihom – wkoll kienu ferm differenti. Madanakollu, minkejja r-restrizzjonijiet għall-attivtajiet tal-massa, l-ispettakli tan-nar f’diversi pajjiżi madwar id-dinja saru xorta waħda u paxxew lill-udjenzi, li din id-darba kienu mħeġġa jibqgħu d-dar u jsegwuhom minn fuq it-televiżjoni.
Kien New Zealand l-ewwel ma beda biċ-ċelebrazzjonijiet għas-sena l-ġdida, u hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi kellhom jadattaw għall-attivtajiet differenti, fi New Zealand iċ-ċelebrazzjonijiet saru bħalma jsiru dejjem, dan għaliex fil-preżent il-pajjiż ma għandu l-ebda każ ta’ Covid-19 irreġistrat. L-istess għamlu l-Koreani ta’ Fuq hekk kif bħal New Zealand, il-pajjiż m’għandu l-ebda każ irreġistrat. Minkejja dan, il-maġġoanza ta’ dawk li attendew għaċ-ċelebrazzjoni li saret fil-kapitali Pyongyang, libsu l-maskri bħala prevenzjoni.
Ritratti: Al Jazeera