Ingliż ta’ 62 sena ttella’ mill-baħar mejjet f’Buġibba.
Huwa ttella’ mill-baħar viċin l-Akkwarju Nazzjonali f’Buġibba għall-ħabta tas-13:00 ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel waqt li kien fuq il-blat, għal xi raġuni tilef il-bilanċ u waqa’ ġol-baħar.
Fuq il-post assistew ħaddiema tas-salvataġġ mis-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar b’dinghy u numru ta’ vetturi u wkoll it-tabib tal-emerġenza Dr Jonathan Joslin.
Wara li ttella’ mill-baħar mill-ħaddiema tas-salvataġġ tar-Red Cross, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello LL.D li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.
Aktar dettalji malli jaslulna.