Priġuniera fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin ċaħdet li attakkat uffiċjal korrettiv li kienet qed teskortaha lejn l-isptar.
Lorraine Vella ta’ sitta u erbgħin sena tressqet il-qorti taħt arrest l-Erbgħa waranofsinhar, akkużata li darbet ħafif lill-uffiċjal korrettiv, li rreżistita bi vjolenza, li użat kliem oxxen fil-pubbliku, kisret il-paċi pubblika u li kienet riċediva.
Għall-mara, ma ntalabx il-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-fatt li l-mara kienet priġuniera fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin.