Il-Pulizija qed tinvestiga l-ħruq ta’ 3 karozzi f’San Ġwann.
Il-Każ seħħ għal ħabta ta’ 2:30 fi triq il-Qalbiena San Ġwann.
In-nar minn karozza tat-tip Suzuki Swift li kkawżat xi ħsarat f’2 vetturi ta’ tip Chrysler u Peugot 206.
Jidher li s-Sużuki Swift u l-Chrysler sofrew ħsarat estensivi filwaqt li l-Peugot 206 sofriet ħsarat żgħar.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.