Xita, riħ u kesħa. Hekk beda l-jum tas-Sibt b’temp li baqa’ jippersisti mill-jum ta’ qabel bil-maltemp iħalli ħerba warajh. Il-jum beda b’aħbar kerha hekk kif raġel tilef ħajtu u mara ndarbet wara li waqgħet siġra fuq il-vettura tagħhom fl-Imrieħel.
Apparti minn hekk kawża tal-mewġ qawwi, vapur spiċċa inkaljat fuq il-blat f’San Pawl il-Baħar dan wara li l-magni tal-vapur waqfu jaħdmu bil-kaptan jitlef kontroll tal-vapur bil-konsegwenza li l-mewġ tefgħu l-vapur għal fuq il-blat. Huma bosta zkuk u sigar li spiċċaw mqaċċtin f’nofs tat-triq bil-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili tkompli matul il-lejl u l-jum sabiex jassiguraw s-sigurta tat-toroq.
Fosthom vettura f’Ħal Luqa ġarrbet xi ħsarat hekk kif ċint li kienet ipparkjata quddiemu waqa’ bil-maltemp għal fuq quddiem tal-vettura. Filwaqt li bosta fanatiċi tal-Karnival jinsabu mnikkta hekk kif ġew ikkanċellati l-attivitajiet tal-jum tal-Ġimgħa u kif ukoll l-attivitajiet tal-għodwa tas-Sibt, fuq nota differenti l-bdiewa jinsabu ħerqana hekk kif kienu għatxana għal din ix-xita li tant kienu bżonnhaIntant id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wissa lis-sewwieqa kollha biex kemm jista’ jkun jevitaw is-sewqan.