Fil-jum tal-funeral, oħt Ludovick Casha, missier ta’ 27 sena li tilef ħajtu waqt li kien qed jippratika d-delizzju li tant kien għal qalbu ..dak tal-għadis,fuq facebook poġġiet erba’ stampi li għamlet it-tifla tiegħu ta’ ħames snin, biex ifakkru l-memorja tiegħu.
Oħt il-vittma, flimkien ma’ dawn ir-ritratti kitbet dawn il-kelmtejn biex tfakkar lil ħuha. Kelmtejn sbieħ li huma marbutin mal-imħabba kbira li kellu lejn il-baħar. Il-funeral ta’ dan il-missier se jsir illum fit-15.30p.m fil-Knisja ta’ Ħal Luqa.
Dive my fish, dive my love.
Dive and dance and swim and twirl; dive into the abyss of the sea;
and dive until you are what you are what you to be.
Where your silence and mindfulness laid; where inner happiness and innocence was found.
Don’t return; don’t swim back.
Dive my fish, dive my love.
After all, life under the sea is better than anything they got up there.
Kienu numru kbir t’għaddasa li fuq Facebook esprimew id-dispjaċir tagħhom hekk kif tilfu ħabib ta’ veru, li mhux biss kien idolu taħt il-baħar iżda anke fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum.
Ma kienx jiddejaq jagħti pariri anke lil kompetitturi diretti tiegħu u ta’ dan Ludovick se jibqa mfakkar bħala ambaxxatur li dejjem kien jippromwovi dan l-isport f’Malta filwaqt li żamm l-umiltá tiegħu.
Ludovick kien ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa għaddasa fil-kategorija Apnea, fejn l-għaddasa jinżlu fil-qiegħ tal-baħar mingħajr ebda għajnuna respiratorja.
Il-kapaċita ta’ dan iż-żagħżugħ waslitu biex anke jirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali .
Fl-2015 kien l-unika għaddas professjonali Malti li ntgħażel mill-ikbar kumpanija tal-għadis biex jirrapreżentahom.
Ludovick ħallina, iżda il-memorji tiegħu se jibqgħu f’qalb il-familjari tiegħu, u dawk l-għaddassa li tant qatta żminijiet sbieħ magħhom taħt il-baħar.
Xhieda ta’ dan huma l-messaġġi li ħallew sħabu fuq Facebook.