Bint il-Ministru George Vella fetħet proċeduri legali kontra l-HSBC wara li dehrilha li saret diskriminazzjoni fil-konfront tagħha.
Elaine Scicluna ta’ 46 sena ilha 27 sena taħdem fil-qasam bankarju u allegat li nkisrulha d-drittijiet tagħha wara li nqabżet fi proċess li sar għal promozzjoni.
Scicluna li kienet applikat għal SCC Assistant Team Manager marret għal interview u verbalment uffiċjal tal-HSBC qalulha li marret tajjeb ħafna.
Minkejja dan il-proċess ta’ promozzjoni twaqqaf ħesrem u wara li ħarġet sejħa oħra, hija ma tħallietx tapplika minħabba li hija taqa’ fil-kategorija ta’ PEPs.
It-tifla tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin qed targumenta li l-bank biddel ir-regoli apposta sabiex hi ma tkunx eliġibbli biex tieħu l-promozzjoni.
L-avukati tagħha żiedu jgħidu li dan huwa każ ċar ta’ diskriminazzjoni minħabba li l-persuna nvoluta tiġi minn politiku ferm magħruf f’Malta.