“Huwa t’unur għalina li l-emigranti Maltin, meta jsiefru minn Malta mhux biss baqgħu biex ngħid hekk jgħixu t’insara imma pparteċipaw, saru parti mill-knisja lokali.”
William Littlejohn missier is-soru Angèle-Marie Littlejohn, emigra lejn it-Tuneżija fl-elf disa’ mija u wieħed u għoxrin. Is-Sur Joe Scherri, uffiċjal fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, semma li f’dawk is-snin kienu bosta l-Maltin li emigraw lejn it-Tuneżija.
Il-Kappillan ta’ Ħal Għargħur, Dun Christopher Galea, ikkonferma li missier is-soru beata tgħammed fil-Parroċċa tiegħu u ismu jinsab fir-Reġistru tal-Magħmudija tas-sena elf u disa’ mija. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu li bint parruċċan minn Ħal Għargħur wassalha biex tkun ikkonfermata beata.
“U anke l-istess ħajja nisranija jgħixuha fuq il-valuri li din is-soru ħaddnet u fl-istess ħin għall-istess valuri tagħha sofriet il-martirju, wara kollox għall-Kristu wkoll.”
Huwa qal li r-raħal ta’ Ħal Għargħur se jiċċelebra din il-beatifikazzjoni b’quddiesa ta’ radd il-ħajr f’nofs Jannar.
“Jekk alla jrid il-ħadd tlettax ta’ jannar, jiġifieri mhux il-ħadd li ġej, ħadd ieħor fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu se mexxu quddiesa kkonċelebrata permezz ta’ monsinjur arċisqof Charles J. Scicluna bħala ringrazzjament lil alla li xi ħadd ta’ demm għargħuri li llum qiegħed fuq l-artal.”
Stephen Axisa, rappreżentat tal-Aid to the Church in Need Malta, qal li nħareġ ktejjeb b’rabta mal-martri li mietu għall-fidi tagħhom, li jinkludi lis-soru Angèle-Marie.