Ritratt sabiħ li ttella’ fuq is-sit tal-midja soċjali facebook juri l-Forti San Tumas li kien inbena minn Wignacourt fil-bidu tas-Seklu 17. Dan kien wieħed minn sett ta’ ħames torrijiet li Wignacourt bena f’bajjiet kbar fejn kien hemm periklu kbir ta’ nżul ta’ sibbien; li hija kelma oħra flok pirati.
Aktar tard, l-Ingliżi ħakmu l-Gżejjer Maltin wara l-Imblokk tal-Franċiżi. Huma użaw it-torri ta’ San Tumas mibni mill-Kavallieri; drawwa li għamlu l-Ingliżi kienet li jużaw postijiet mibnija mill-Kavallieri u jadattawha għall-użu tagħhom. Huma ssudaw it-torri billi bnewlu estensjoni tall-konkrit, in-naħa tal-bajja.
Ritratt: Luke Ghio