Fl-ikbar proġett ambjentali tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, se jkun hemm binja ġdida biex tilqa’ fiha l-Arkivji Nazzjonali.
Dawn mhux biss jaħżnu fihom mijiet ta’ eluf ta’ dokumenti, ritratti, awdjo u vidjo, iżda huma sors ta’ rikkezza fuq l-identità Maltija, u b’dan il-mod se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku.