Ġiet inawgurata binja ġdida f’Birkirkara minn fejn topera il-Kummissjoni għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità, is-CRPD.
Din hija binja aċċessibbli għal persuni b’diżabilità, u tfasslet skont regoli tal-Kummissjoni stess.
Il-Kummissjoni tilqa’ mal-40 persuna kuljum għal għajnuna u konsultazzjoni fuq id-drittijiet tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis, li kien preżenti għall-inawgurazzjoni, faħħar il-ħidma li qed issir mill-Kummissjoni. Żied jgħin li dan l-investiment qed ikompli jgħin lill-persuni b’diżabilità, u issa dawn il-persuni għandhom binja ferm iktar aċċessibbli minn fejn jingħataw l-għajnuna.