Ġiet inawgurata l-binja l-ġdida tal-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali, b’investiment ta’ madwar miljun ewro. Dan huwa pass ieħor importanti fit-twettiq tal-Politika Agrikola Komuni.
L-aġenzija hija responsabbli direttament mal-Unjoni Ewropea għal ħlasijiet tal-fondi Ewropej li jirrigwardjaw l-miżuri kollha tal-bdiewa, bl-ogħla livell ta’ governanza tajba meħtieġa.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes faħħar lill-ħaddiema li dawn l-aħħar xhur ħadmu bla waqfien u taħt pressjoni, u rringrazzjahom għax din il-ħidma waslet biex jiġu assorbiti madwar 98% tal-fondi Ewropej. B’hekk il-benefiċjarji kollha jkunu jistgħu jitħallsu għax-xogħol li jkun twettaq b’suċċess.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar tkellem dwar il-bżonn li tkun indirizzata s-sitwazzjoni tar-riżorsi umani f’din l-Aġenzija.
Tkellimna mal-kap tal-Aġenzija tal-Pagamenti.
https://www.youtube.com/watch?v=bbNKrVX5hjk