F’Wied il-Għajn se jkun hemm binja amministrattiva ġdida li se tieħu post il-bini l-antik tal-Kunsill Lokali.
Dan ħabbru l-Ministru Aaron Farrugia fejn spjega li din il-binja b’valur li se jeċċedi n-nofs miljun ewro, il-binja se tinbena permezz tal-Fond għall-Ippjanar tal-Izvilupp.
Qal, “Għandek il-binja amministrattiva, li fiha mhux biss se jilqgħu l-ħaddiema tal-Kunsill imam wkoll diversi servizzi li se jiġu offruti lill-komunità li tgħix hawnhekk”
Dan il-fond jirċievi finanzjament minn sorsi differenti, bil-kontravenzjonijiet tal-parkeġġ ewlenin fost l-oħrjan.
Iċ-Chairperson tal-Fond Vincent Cassar, qal li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ilu jixtieq li dan il-proġett jitwettaq għal bosta snin li minnha se jkun jista’ jipprovdi servizzi essenzjali għar-residenti tiegħu.
Is-sindku ta’ Marsascala Mario Calleja sostna li b’dan il-proġett se tkun qed tgawdi s-soċjeta tal-Iskalini kollha.
Spjega, “Binja amministrattiva li hija catered għal nies ta’ kull eta u anki għal dawk diżabbli. Hija mgħammra bil-lift u hija importanti li kulħadd jista’ fis-sulari ta’ fuq għal aktar servizzi.”