Id-Direttorat tad-Drittijiet Umani, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, qed jinkoraġġixxi li binjiet lokali governattivi jkunu parti mill-‘Blue Heart Campaign’, billi jinxtegħelu binjiet b’dawl blu.
Il-‘Blue Heart Campaign’ hi mifruxa globalment biex tqajjem aktar kuxjenza fil-ġlieda kontra l-kriminalità tat-traffikar tal-bniedem u l-impatt tagħha fuq-is-soċjetà.
Waqt li fit-30 ta’ Lulju jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Ġnus Magħquda kontra t-Traffikar tal-Persuni, il-‘Blue Heart Campaign’ tirrappreżenta n-niket ta’ dawk li huma vittmi ta’ traffikar minn persuni oħrajn bla skrupli.
Dan hu wkoll parti minn wegħda elettorali Laburista fejn fil-manifest elettorali, li approva l-poplu sentejn ilu, jissemma kif il-Gvern se jkun qed jimpenja ruħu biex isaħħaħ il-forzi tiegħu biex jiġġieled din it-tip ta’ kriminalità.