L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi f’Malta għaddej b’tisħiħ u ħidma intensiva sabiex jiġġieled bl-aktar mod għaqli, il-kriminalità organizzata ġewwa pajjiżna.
B’investiment ta’ madwar żewġ miljun u nofs ewro, fix-xhur li ġejjin se jibda jinbena kumpless f’Ħal Far li se jservi ta’ bażi fejn fih jinġabru l-assi ffriżati mill-Qorti.
Ma’ dan l-istazzjon id-Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi Brian Farrugia spjega li apparti din il-binja, dan l-uffiċju se jżid ukoll ir-riżorsi umani, fosthom uffiċjali li se jgħinu f’din il-ġlieda.
Qal kif “L-ARB jinsab f’ħidma ntensiva biex inkabbru kemm l-istaff tagħna b’mod speċjalizzat fl-identifikazzjoni u l-intraċċar tal-assi li jafu jkunu direttatment u indirettament joriġinaw minn dawk li jissejħu proset of crime u qed naħdmu wkoll bħalissa biex nibnu binja ġewwa Ħal Far fejn inkunu nistgħu naħżnu l-aktar mod għaqli dawn l-għassi li jkunu kkonfiskati.”
Is-Sur Farrugia spjega li fost l-oħrajn f’din il-binja se jinġabru assi ffriżati jew ikkonfiskati minn kriminalità organizzata bħal vetturi, xogħlijiet tal-arti u ġojjelerija.
Din il-binja ser tgħin biex dawn l-oġġeti jżommu l-valur tagħhom sabiex imbagħad jekk dawn jiġu kkonfiskati jibbenefikaw minnhom ċittadini Maltin u Għawdxin.
Qal li “Kull tip ta’ ass li jinqabad eżempju karozza tiġi tackled b’mod fis-sena se jkollha faċilità biex karozza żżomma fl-aħjar kundizzjoni possibli għal numru ta’ żmien ħa jkollna wkoll pereżempju post għal dawk il-work of arts li jikkonsistu temperatura kostanti ġo sessjonijiet apposta.”
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis spjega kif dan il-pass ‘l quddiem se jkompli jsaħħaħ il-ħidma tal-Gvern Malti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, xi ħaġa li hija wkoll konformi mar-rapport tal-MoneyVal.
Spjega li “Għandna l-ARB li waqqaf Gvern Laburista fl-2015, dan ser inkomplu nsaħħuħ mhux bil-paroli iżda bil-fatti. 25% aktar f’riżorsi umani, warehousing fejn jidħol il-valur fi proġett f’Ħal Far. Proċeduri ċivili kif issir il-konfiska lill’hinn mill-proċeduri kriminali, sezzjoni tal-Qorti għall-irkupru tal-għassi li hija speċjali.”