Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-falliment fil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-enerġija, ikisser lin-negozji ż-żgħar. Il-PL qal li b’differenza dan il-Gvern, kif kien imwiegħed, raħħas il-kontijiet għan-negozji fit-tieni sena tal-leġislatura.
Il-PL qal ukoll li bin-negattività ta’ Simon Busuttil li jgħid li l-power station l-ġdida m’għandniex bżonnha, jfisser li nqattgħu 700 siegħa bla dawl. In-negozji għandhom bżonn garanzija ta’ sostenibiltà tal-provista tal-enerġija filwaqt li jibqgħu l-kontijiet irħas.
Fl-istess stqarrija huma qalu li b’dak li qed jgħid l-PN din il-garanzija ma tistax tingħata, kif ma tistax tingħata garanzija li l-kontijiet ser jibqgħu rħas u mhux ser jintuża aktar il-heavy fuel oil – l-aktar żejt li jniġġez.
“Dan il-Gvern ma jridx ireġġa’ l-arloġġ lura u nħallsu kontijiet għoljin tal-enerġija. Bl-istess mod ma jridx ireġġa’ l-arloġġ lura fil-qasam tas-saħħa meta Gvern preċedenti ħalla l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa abbandunati filwaqt li Mater Dei kien mifni bi problemi ta’ waiting lists, soddod fil-kurituri u mediċina out of stock,” qal il-Partit Laburista
Huma temmew l-istqarrija billi qalu li wieħed jinnota ukoll li Beppe Fenech Adami li għaddej minn inkjesta serja tkellem hu fuq il-korruzzjoni. “Vera każ tal-ispiżjar milli jkollu jagħtik!.”