Qattus u fenek huma żewġ annimali li se jibqgħu sinonimi b’rabta man-nirien f’Kalifornja – bil-qattusa li ngħatat l-isem ta’ Billiegirl serqet qalb l-eluf wara li ritratt tagħha nxtered fuq il-midja soċjali ma’ eluf ta’ persuni.
Huma 48 persuna li tilfu ħajjithom fin-nirien li ħakmu bil-kbir foresta f’Kalifornja – foresta li kienet id-dar ta’ eluf ta’ annimali u kreaturi u eluf ta’ persuni fosthom ċelebritajiet bħal Miley Cyrus, Gerard Butler u Kim Kardashian. Bosta ritratti li ttieħdu minn għadd ta’ persuni jixhdu l-qerda li ħolqu dawn in-nirien fosthom ir-ritratt tal-qattusa Billiegirl, msemmija wara t-triq li nstabet fiha, li turi lill-qattusa għadha ħajja minkejja l-ġrieħi li sofriet. Sfortunatament hi tilfet ħajjitha ftit wara kawża tal-ġrieħi li kellha.
Organizzazzjoni li jitkellmu favur id-drittijiet tal-annimali, magħrufa bħala California Wildfire Pets, qed jaħdmu qatigħ biex jerġgħu jlaqqgħu annimali li ntilfu lura flimkien mas-sidien tagħhom.
Billiegirl hi waħda minn eluf ta’ annimali li tilfu ħajjithom fin-nirien – b’eluf oħrajn isalvaw wara li ħarbu miż-żona, jew ġew salvati.
Għexieren ta’ persuni għadhom irrapportati nieqsa.