L-eks President Amerikan Bill Clinton qed jieħu l-kura fi sptar f’Kalifornja għal infezzjoni.
Rapporti qed jgħidu issa li Clinton, li għandu 75 sena, qed iwieġeb pożittiv għall-kura li qed jingħata, iżda għadu mhux ċar x’wassal għall-kumplikazzjonijiet.
It-tobba tiegħu qalu li Clinton se jinżamm l-isptar għal aktar monitoraġġ .