Biljunarju prominenti fiċ-Ċina, ingħata sentenza ta’ tmintax-il sena ħabs.
Sun Dawu, li għandu sebgħa u sittin sena, imexxi waħda mill-akbar kumpaniji agrikoli privati fil-pajjiż.
Fil-passat, huwa tkellem dwar id-drittijiet umani u suġġetti politiċi meqjusa sensittivi.
Huwa nstab ħati li instiga l-inkwiet u l-ġlied, li okkupa art agrikola b’mod illegali, ġabar lin-nies biex jattakkaw aġenziji statali u fixkel ħaddiema tal-Gvern milli jwettqu dmirijiethom, fost akkużi oħra.
Sun Dawu ġie mmultat ukoll kważi nofs miljun dollaru Amerikan.
Il-kumpanija tiegħu hija fost l-akbar fiċ-Ċina, b’negozji li jvarjaw mill-ipproċessar tal-laħam għall-ikel tal-annimali, oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-iskejjel u anki l-isptarijiet.