Il-kumpanija Gozo Channel se tintroduċi sistema ġdida li żżid l-effiċjenza għall-klijenti. Dawk il-ħaddiema li jaqsmu ta’ kuljum ser ikollhom il-faċilità li jużaw biljett ta’ ħames t’ijiem, minflok jixtruh kuljum, biex jevitaw il-kjus u b’hekk tonqos l-istennija.
Dan il-biljett ser ikun disponibbli biss bil-prezentazzjoni ta’ Karta tal-Identita` valida li turi fiċ-ċar li l-benefiċċarju huwa residenti f’Għawdex.
Il-biljett ser jinbiegħ għall-prezz ta’ Euro 5.75 u ser jinbiegħ biss nhar ta’ Tnejn mit-3.30am sat-8.15am.
Il-biljett jista’ jintuża bejn it-3.30am u t-8.15am u ma jistax jerġa’ jintuża għal iktar minn darba f’siegħa waħda.
Il-biljett jista’ jibda jinxtara mit-Tnejn 23 ta’ Mejju 2016.