Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li ma jridx jemmen li l-kumpanija Egrant hija ta’ Brian Tonna.
Quddiem prova ċara ppubblikata mill-Maltatoday li l-kumpanija rreġistrata l-Panama hija tal-kumpanija tal-awdituri u għalhekk ġiet fix-xejn kampanja ta’ Busuttil li prova jimplika l-Prim Ministru, Simon Busuttil ireaġixxa biss billi qal li ma jemminx.
Fl-istess diskors dalgħodu ddefenda l-ħażin fil-Partit Nazzjonalista għaliex skont hu dak li jingħad fuq il-membri tal-Partit Nazzjonalista huma invenzjonijiet.
Għal dan ireaġġixxa l-Partit Laburista: Simon Busuttil l-aktar politiku giddieb fl-istorja: tinfaqa’ f’wiċċu gidba li ilu jonfoħ sena