F’dibattitu li għaddej l-Università ta’ Malta bejn il-mexxejja politiċi, Simon Busuttil kien mistoqsi minn student jekk jirriżenjax jekk jinstab li l-allegazzjonijiet kollha fil-konfront tal-Prim Ministru huma foloz.
Busuttil qal li l-investigazzjoni mhix qiegħda fuqu. Jiġifieri jekk il-Qorti taqtaha li Simon Busuttil tefa’ dawn l-allegazzjonijiet b’mod mill-aktar irresponsabbli, se jibqa’ fejn ikun; jew Kap tal-Oppożizzjoni, jew inkella Prim Ministru. Bil-Prim Ministru ħdejh Simon Busuttil beżà minn EGRANT u kkonferma li mhux se jkun qed jerfa’ responsabbiltà talli jkun gideb fuq il-Prim Ministru.
Joseph Muscat innota, allura, li t-tweġiba ta’ Busuttil hija “le, mhux se jirriżenja”. Qal li hu, għal kuntrarju, mhux marbut mas-siġġu tal-poter. Anke jekk ikun sempliċement membru fil-Parlament, jirriżenja minn din il-kariga wkoll. Qabżet Marlene Farrugia tiddefendi lil Simon Busuttil, u qalet li l-għażla fit-tlieta ta’ Ġunju m’għandhiex tiddependi fuq x’jirriżulta mill-allegazzjonijet fuq Egrant.