“Ħbieb tiegħi l-politika hija l-aqwa għodda li biha nistgħu nġibu differenza fil-ħajja tan-nies, tħallu lil ħadd jippreswadikom mod ieħor. Il-politika tagħtik l-għodda biex twettaq ir-riformi biex iġġib il-bidliet. Tatik l-għodda biex tiskossja l-Istatus Quo.”
il-Prim Ministru Robert Abela
B’dan il-messaġġ il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela tkellem fuq numru kbir ta’ bidliet li ġab il-Partit Laburista kemm ilu fil-gvern.
Bidliet li bidlu ħajjet ħafna familji u tejbu l-qagħda ta’ tant persuni.
Mid-drittijiet ċivili, għall-inklużjoni u x-xogħol, il-Prim Ministru fisser kif m’hemmx għodda aqwa mill-politika biex wieħed iġib differenza fil-ħajja tan-nies.
“Nista’ ma niqafx insemmi, minn dawn l-eżempji kemm inwettqu bidliet sbieħ u pożittivi meta naħdmu kolletivament u flimkien.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru fakkar kif quddiem din il-ħidma, il-Partit Laburista dejjem sab oppżizzjoni taħdem kontra l-interessi ta’ Malta.
Saħansitra fil-mument meta hemm arbitraġġ internazzjonali għaddej fuq il-konċessjoni tal-isptarijiet, l-Oppożizzjoni għamlet azzjonijiet fil-qrati li jheddu l-pożizzjoni ta’ Malta.
Minbarra dan l-oppożizzjoni qed tipprova timmina l-istituzzjonijiet u theddidom biex jiddeċiedu kif trid hi biss.
“Saħanistra fetħu kawża issa biex jippruvaw ibeżżgħu l-organi tat-tmexxija tal-pajjiż u jwaqqfuhom milli jiddeċiedu favur l-interessi tal-pajjiż. Minalihom se jniżżluna fit-triq li ma niddeċidux. Minalihom li bl-azzjonijiet li se jieħdu, se jġibu xi staġnar fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Però jien ngħidilhom li se nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet bl-istess determinazzjoni li dejjem għamilna, fl-interess nazzjonali u aktar ma tagħmlu aktar se żżidu fina d-determinazzjoni biex nibqgħu nmexxu dan il-pajjiż ‘il quddiem u nieħdu d-deċiżjonijiet kollha li huma meħtieġa fl-interess tal-poplu tagħna.
il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru spjega kif quddiem l-attitudni tal-Oppożizzjoni u l-estabilshment li jdawruha, l-għażla li għandna fix-xhur li ġejjin hija ċara.
“Hemm għażla importanti, jekk inkomplux nagħtu r-riħ u l-arja lil min irid iġib lill-Partit tiegħu u lilu nnifsu qabel il-pajjiż, jew jekk hux se nkunu aħna li nuru l-ispirtu ta’ Team Malta flimkien. Fejn naħdmu għal pajjiżna, naħdmu għal Malta, inkunu ma min inkunu u nkunu fejn inkunu.”
il-Prim Ministru Robert Abela