“Ma rridux li Gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura l-arloġġ għall-medjokrità”. Qal dan id-deputat Franco Mercieca, b’referenza għall-fatt li Partit Nazzjonalista ma jonorax il-ftehim ma’ Vitals Global Healthcare jekk ikun hu fil-Gvern.
Spjega kemm is-servizz tas-saħħa f’Għawdex tjieb u s-servizzi żdiedu. L-għan ta’ dan il-Gvern hu li s-servizz tas-saħħa f’Għawdex ikun tajjeb daqs ta’ Malta, u mhux aktar ta’ piż. Per eżempju, għall-ewwel darba hemm konsulent li qed jieħu ħsieb l-emerġenza fl-isptar t’Għawdex. Lil-infermiera se jerġa jibgħathom lura? Il-chemotherapy se jwaqqfu? Dawn kienu domandi li staqsa Mercieca, filwaqt li sostna li minn dak li qal s’issa, kollox jindika li b’Simon Busuttil fil-Gvern, mhux se jkun hemm ebda garanzija.
Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Chris Fearne qal li taħt din l-amministrazzjoni, hawn l-ambizzjoni li Għawdex isir ċentru ta’ turiżmu mediku. “Il-Partit Laburista għandu viżjoni għal Għawdex. Il-PN irid jeħodna lura” qal Fearne. Apparti li kien Spjega s-sitwazzjoni kif kienet qabel, meta l-isptar kien qisu tat-tielet dinja. Kif tista’ tara minn dan il-filmat. Il-filmat ta’ warajh huwa servizz ta’ One News mill-2013.