Mistoqsi mill-ġurnalisti barra l-Parlament wara li tressqet mozzjoni biex tikkundanna l-aġir ta’ deputati Nazzjonalisti fil-konfront tal-Ispeaker, il-Prim Ministru Robert Abela qal kif l-Oppożizzjoni t-Tnejn filgħaxija kellha kull ċans biex tiddibatti jew tispjega għaliex ġabet ruħha b’dan il-mod, iżda minflok abdikat kompletament mir-responsabbiltà tagħha.
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni formali mhux dak de facto, għażel illi jabdika minn dibattitu demokratiku fl-aktar istituzzjoni demokratika ta’ pajjiżna. Illejla kellhom opportunità unika li jagħmlu żewġ affarijiet jew jirtiraw il-kliem dispreġġjattiv u insulenti li Karol Aquilina qal fil-konfront tas-sedja, fosthom meta qallu li ma jaħsibx jew jiddibatti u jgħidu għala ħassew li hu ġustifikat li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż jgħidu dak il-kliem fil-konfront tas-sedja.”
Il-Prim Ministru Robert AbelaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru żied jgħid li b’dak li qed jagħmel, il-Gvern qed jipproteġi l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, fosthom il-Parlament u t-tmexxija tiegħu.
“Is-sedja m’għandhiex il-mezz ta’ kif tista’ tipproteġi lilha nnifisha fil-konfront ta’ dawn l-attakki inġusti u sfaċċati fil-konfront tagħhom. Allura kien doveruż fuqna li, filwaqt li nibqgħu nagħmlu l-bqija tal-ħidma tagħna, fl-istess waqt doveruż fuqna li nipproteġu l-istituzzjonijiet ta’ dan il-pajjiż minn dawn l-attakki koroh fil-konfront tagħhom. It-tressiq ta’ din il-mozzjoni kien kruċjali daqskemm huma kruċjali l-funzjonijiet l-oħrajn tal-Gvern kollha kemm huma għandhom rwol importanti u qed jirnexxilna nagħmlu dan.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Aqra wkoll: