“Se nispiċċaw bil-familji jħallsu kontijiet tad-dawl għoljin.”
Kienet din ir-reazzjoni għal dak li qal il-Partit Nazzjonalista meta dalgħodu qal li jrid liberalizzazzjoni tas-suq tad-distribuzzjoni tal-enerġija.
Fi stqarrija Żminijietna Leħen ix-Xellug innota li f’Malta, it-tariffi tal-enerġija huma ferm baxxi meta mqabbla ma’ pajjiżi Ewropej oħra.
Fil-fatt spjegaw li familja f’pajjiżna tħallas ftit aktar minn 12-il ċenteżmu ta’ ewro għal kull kilo-watt meta l-medja Ewropea hija ferm aktar mid-doppju u eżempju fl-Irlanda u l-Ġermanja, it-tarrifa hija ta’ kważi 50 ċenteżmu ta’ ewro għal kull kilo-watt.
Dan ifisser erba’ darbiet ogħla minn Malta.
Intqal li l-proposta ta’ Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista se toħloq problemi għall-affordabbiltà u s-sigurtà tal-enerġija.
Żminijietna Leħen ix-Xellug imbagħad ħeġġet lill-Gvern jinvesti aktar fl-enerġija l-ħadra u l-effiċjenza fid-distribuzzjoni tal-enerġija.
Aqra wkoll: