“Ma kinux ħames snin ta’ sfidi biss, imma kienu ħames snin ta’ għaqda, progress u riżultati. Sfidi kien hemm, waħda ikbar minn l-oħra, imma bil-kuraġġ u leadership ħriġna minn kull sfida bl-unuri, with flying colors.”
Karmenu Vella
Kien b’dan il-mod li l-eks Kummissarju Ewropew u eks Ministru Laburista Karmenu Vella iddeskriva l-ħames snin tal-Prim Ministru Robert Abela, f’attività politika f’Raħal Ġdid.
Fid-diskors tiegħu, il-Perit Vella spjega li huwa ħadem taħt il-Prim Ministri Laburisti kollha, li saħħaħ fih il-valur soċjalist. Xi ħaġa, li anke dehret taħt il-Prim Ministru Abela li f’dawn il-ħames snin dehret aktar biċ-ċar ir-ruħ soċjali tiegħu.
“Mhux talli sab il-miżuri soċjali u baqa’ jżid fuqhom. Imma saħansitra baqa’ iżid fuq il-miżuri soċjali ġodda waħda fuq l-oħra. Kellna ħames baġits, wieħed aqwa mill-ieħor. Kellna baġit din is-sena fejn qadt rajna bħalu ġewwa Malta.”
Karmenu Vella
Fuq l-istess ton tkellmet iż-żagħżugħa gradwata mil-liġi Trisianne Oliva.
Hawn hija spjegat li l-Prim Ministru Robert Abela dejjem kien viċin in-nies, fejn ta widen lil kulħadd, biex imbagħad uża l-politika bħala għodda li tgħin lill-Maltin u l-Għawdxin.
“Dejjem iħares lejn in-nies b’rispett u bl-umiltà. Ma jimportax x’pożizzjoni għandek, qatt ma kien jinjorak jew jitnaffar. Huwa raġel li tassew jemmen fil-qawwa tal-ħidma għan-nies u li l-politika għandha tkun għodda biex in-nies jgħixu ħajja aħjar.”
Trisianne Oliva
Fid-diskors tagħha, Oliva, li fil-ġimgħat li ġejjin se tiggradwa bħala nutar, irrakkontat l-istorja tagħha kif minn tifla, bint il-ħaddiem mill-Kottonera, ingħaqdet mal-familja Laburista, li tħaddan il-valuri tant tgħożż, il-valuri Soċjalisti.
“Grazzi Partit Laburista, li minkejja li jien bint il-ħaddiem, dan il-Partit tagħna kull opportunità possibli biex qadt ma naqa qadt lura. Anzi għenni biex nimxi ’l quddiem.”
Trisianne Oliva