Jesmond Borg huwa Malti li fil-ħin tat-terremot fl-Italja dalgħodu kien jinsab Terni, l-Italja.Fil-kummenti tiegħu ma one.com.mt huwa qal li ħass it-terremot sew, bil-bini “jiċċaċlaq” u stqarr li meta ħarġu barra mill-lukanda fuq wiċċ ir-residenti setgħu jaraw il-biża ta’ terremot devastanti ieħor.
Borg spjega li dalgħodu meta marru jaqbdu l-ferrovija, anzjan residenti Terni, qalilhom li din kienet l-aktar darba li nħass terremot f’Terni. Il-Malti qalilna li hemm dewmien fil-ferrovija għal Ruma u li f’din il-Belt hemm saħansitra djar imwaqqgħin.
Il-kumment ta’ Jesmond Borg: