Il-Malti jgħid li “bil-kelma t-tajba toħroġ il-far mit-toqba”. Espressjoni li tista’ tabbina sew ma episodju li seħħ ftit tal-jiem ilu bejn Pulizija u xufier ta’ trakk tal-irmonk. Allegatament, dakinhar Pulizija waqqaf lix-xufier milli jostakola parti mit-triq. Ftit tal-mumenti wara x-xufier ħareġ il-frustrazzjoni tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook.
Madankollu ftit tal-jiem wara, l-istess xufier reġa’ kiteb fuq Facebook u talab apoloġija lill-Pulizija. Dan seħħ wara li l-pulizija bagħat għalih u spjegalu bil-kelma t-tajba ghalfejn dakinhar waqqfu u kkoreġih.