Il-ġurnal KullĦadd żvela kif b’Simon Busuttil jippjana l-istrateġija ta’ kif jista’ jidher iktar b’saħħtu u kredibbli, f’kafetteriji differenti u uffiċini diversi, d-diskussjoni dwar x’jista’ jiġri ma qatgħet xejn.
Dan f’mument fejn il-pressjoni fuq il-Kap Nazzjonalista hija waħda bla preċedent.
Il-KulĦadd tirrapporta li kkonfermaw dan sorsi mill-qalba tal-Partit Nazzjonalista. Fost dawk li ddiskutew dan id-dettall kien hemm Manuel Delia u nies oħra li kienu jaħdmu l-Ministeru ta’ Austin Gatt, fosthom Jes Saliba li llum iridha ta’ opinjonist indipendenti.
Ma jistax jonqos li ż-żiemel favorit tagħhom huwa d-Deputat Claudio Grech li magħhom ħadem s-segretarjat ta’ Austin Gatt bi Grech ikun l-iktar bniedem fdat mill-eks-Ministru Nazzjonalista għal ħafna snin, tant li kien hu li fl-eqqel tal- iskandlu taż-żejt mar jitkellem mal-aħwa Farrugia (ħut dak li ħa l-proklama) biex jipprova jpaċi s-sitwazzjoni għal Austin Gatt.
Fin-Naxxar, Delia u Saliba iddiskutew x’inhuma ċ-ċansijiet ta’ Claudio Grech, u jekk dawn hux se jfeġġu qabel jew wara l-elezzjoni ġenerali. Raw ukoll x’inhuma x-xenarji kollha, kemm jekk il-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u kemm jekk jitlef. Ma naqsitx lanqas l-analiżi tagħhom tas-sitwazzjoni preżenti, li ma tantx kienet tvarja minn dak miktub riċentament.
CASA MAL-KAP, METSOLA LE
Iżda mhux dawn biss tkellmu. David Casa tkellem dwar kemm jappoġġja l-Kap u qabeż għalih ma’ deputati li esprimew diżappunt. “Forsi għax għamlu Kap tad-Delegazzjoni Brussell,” qalu l-imkejjen tagħna.
Jirriżulta li l-Membru tal- Parlament Ewropew Roberta Metsola hija fost dawk l-iktar xettiċi bih. Bħal Metsola hemm l-eks-Segretarju Ġenerali Chris Said li xejn mhu kuntent bis- sitwazzjoni u mdejjaq ukoll hemm l-eks-Ministru George Pullicino.
B’xi mod dawk qrib Pullicino għandhom għal Ryan Callus li saħansitra qed jiddeskrivuh bħala negattiv wisq u li qed jagħmel ħsara ma’ diversi setturi tas-soċjetà.
Fl-istess ħin, deputati qed jitkellmu imkien dwar kif il-Partit qiegħed mingħajr proposti u jistaqsu x’se jgħidu lin-nies li se jagħmlu jekk ikunu l-Gvern. Jintqal li b’differenza huma ma jistgħux jitkellmu l-miftuħ, bħal kif għamel Ivan Bartolo, għax hemm is-siġġu tagħhom fin-nofs. Iżda, kuntenti mhumiex, tant li kien hemm min semma l-ħsieb ta’ petizzjoni interna bit-tama li jinbidlu l-affarijiet.
Isegwi dan kollu b’reqqa hemm Beppe Fenech Adami li kontroll l-partit għandu kemm irid u dwar iċ-ċansijiet tiegħu jitkellem biss fost l-iktar qrib tiegħu.
Bil-kritika lejn Busuttil mhix mistennija tnaqqas dan it- tip ta’ laqgħat, li m’huma xejn għajr xhieda ta’ partiti kriżi, mistennija jiżdiedu u ċ-ċirkostanzi dejjem ifeġġu dawk li, minn quddiem jew wara l-kwinti, dejjem iddettaw l-affarijiet l-Partit Nazzjonalista.
Il-gazzetta KullĦadd tanalizza dak li qed iseħħ fil-PN f’rapport ta’ tliet paġni.