Nirien ħakmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga f’baku, il-kapitali tal-Ażerbajġan, fejn mietu minn tal-inqas sitta u għoxrin persuna.
Filmati li xxandru fuq it-televiżjoni tal-pajjiż juru nirien ħerġin mit-twieqi mbarrati ta’ binjiet għoljin sular wieħed biss.
L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Ażerbajġan qalet li erba persuni ttieħdu l-isptar. Il-kawża tan-nirien għadha mhix magħrufa.