L-attitudni ta’ kelliema tal-oppożizzjoni, partikolarment Simon Busuttil, fid-diskussjoni dwar il-liġi tal-IVF hija inaċċettabbli. Simon Busuttil iddikjara li ladarba n-natura tkun tat problema, il-koppja milquta għandha tibqa’ biha. Għal Partit Laburista dan mhux raġunament aċċettabbli ladarba x-xjenza llum toffri soluzzjonijiet li diġa’ jintużaw fil-maġġoranza tal-pajjiżi żviluppati.
Fil-fatt, id-dibattitu fi stadju tat-tieni qari dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF reġa’ wera d-differenza bejn gvern u oppożizzjoni.
Filwaqt li d-deputati tal-Partit Laburista, wieħed wara l-ieħor, tkellmu dwar il-ħtieġa li nifhmu lil dawk li għaddejin minn diffikultajiet ta’ infertilità kelliema tal-Oppożizzjoni reġgħu kienu insentittivi lejn dawn il-familji li għandhom bżonn din il-bidla fil-liġi. Dan bit-tama li huma wkoll isiru ġenituri.
L-interventi tad-deputati tal-Partit Laburista kienu bbażati fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali u l-għajnuna li trid tingħata. Minn naħa l-oħra deputati nazzjonalista wrew insentittività għal diffikulta li tolqot waħda minn kull sitt koppji. L-insensittività laħqet il-qofol tagħha bid-diskors ta’ Simon Busuttil ilbieraħ.
Ara hawn interventi ta’ deputati tal-Partit Laburista:
https://www.facebook.com/partitlaburista/videos/1916396581724307/
Ara hawn intervent ta’ Simon Busuttil:
https://www.facebook.com/partitlaburista/videos/1916395775057721/