Isqof Grieg Ortodoss jidher jgħammed tarbija bir-rit Ortodoss b’mod salvaġġ. It-tarbija mneżża’ f’idu tidher tiddeffes fl-ilma għal tliet darbiet.
Huwa mifhum li dan il-filmat inġibed f’Ayia Napa f’Ċipru fejn il-knisja tisħaq ħafna għal magħmudija bħala soluzzjoni li tista’ tiġġieled ir-rata baxxa ta’ twelid.
Bosta kienu l-kummenti ta’ rabja fuq il-midja soċjali fejn inġibdet l-attenzjoni li t-tarbija setgħet weġġgħet partijiet minn ġisimha waqt li ddefset fl-ilma u setgħet ħabtet partijiet fraġli f’dik l-età, mal-fonti.