Żewġ vetturi spiċċaw taħt sigra kbira wara li din inqalgħet mill-għeruq u baqgħet nieżla fuq ġenb fl-Imsida.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 fi triq il-Wied fl-Imsida meta vetturi li kienu pparkjati f’ġenb spiċċaw mgħaffġa taħt is-siġra li waqgħet. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-ELC. Dan sabiex jaqilgħu s-siġra, fejn minnha se jkunu qed jinqatgħu fergħat iżgħar biex dawn jitħawlu f’postijiet differenti.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident hekk kif fil-vetturi ma kien hemm ħadd.