Tfajla ta’ tlieta u għoxrin sena minn Birkirkara weġgħet gravi u oħra ta’ tmintax-il sena minn Wied il-Għajn weġgħet ħafif wara ħabta frontali f’Ħal Tarxien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:15 fi Triq San Anard f’Ħal Tarxien, fejn il-karozzi involuti kienu tat-tip Fiat Punto u Audi A1.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza lill-vittmi.
Ukoll fuq il-post kien hemm il-pulizija u anke ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li dawn tal-aħħar qattgħu partijiet mill-karozzi sabiex setgħu joħorġu lill-vittmi.
Filmati miġbuda minn ONE News juru li l-impatt kien wieħed qawwi, hekk kif waħda mill-karozzi spiċċat bir-rota tagħha maqlugħa f’nofs ta’ triq.
Għal xi mument it-triq ingħalqet għat-traffiku.