Żagħżugħ ta’ 23 sena u raġel ta’ 55 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, wara li kienu involuti f’inċident bejn karozza tal-għamla Mercedes Benz u tractor f’Ħat Attard.
Kawża ta’ dan l-inċident, dan tal-aħħar baqa’ dieħel f’roundabout u nqaleb.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:50pm, fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News mhux eskluż li l-ħabta seħħet wara li x-xufier tal-Mercedes Benz u xufier ta’ BMW kienu qed itellqu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-kundizzjoni tar-raġel li kien qed isuq it-tractor hija gravi filwaqt taż-żagħżugħ li kien qed isuq il-BMW ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/11/07140309/attard-1-1024x576.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/11/07140319/Attard-1024x576.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/11/07140720/Attard-2-1024x467.jpeg)