Żewġ persuni ġew arrestati mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit wara li kienu involuti f’argument fi Triq Ħal Qormi fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, fejn meta beda l-argument intalbet l-assistenza tal-Pulizija, li waslu immedjatament fuq il-post u arrestaw raġel minnhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel l-ieħor deher jaħrab minn fuq il-post, iżda ġie arrestat ftit tal-ħin wara mill-Pulizija.
Huma ttieħdu lejn l-għassa tal-Ħamrun u qed jitkellmu magħhom il-Pulizija.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.