Żagħżugħ barrani ta’ 24 sena sofra ġrieħi ħfief wara li waqa’ ġo bir f’dar f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu fi Triq Lapsi.
Għal xi ħin kien hemm biża’ li mar-raġel seta’ kien hemm żewġ persuni oħra li wkoll waqgħu fil-bir, iżda wara tfittxija mill-Pulizija dawn instabu reqdin f’residenza oħra f’San Ġiljan.
Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-isptar Mater Dei u t-tobba tal-emerġenza, iżda ż-żagħżugħ irrifjuta l-assistenza medika.