Yorgen Fenech jinsab milll-ġdid fil-kustodja tal-Pulizija u dalgħodu stess kien preżenti mal-investigaturi waqt tfittxija li saret fuq il-jott tiegħu f’Portomaso. Fenech ingħata l-police bail il-lejl li għadda wara kwazi 40 siegħa interrogazzjoni.
Dalgħodu Fenech reġa’ ttieħed għand il-Pulizija biex jissoktaw l-investigazzjonijiet. Huwa qed ikun meqjus bħala persuna ta’ interess fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huwa kien arrestat kmieni l-Erbgħa filgħodu ftit ‘il barra minn Pembroke.