Għas-siegħa ta’ waranofinshar Yorgen Fenech deher dieħel id-Depot bil-vettura tal-ħabs, mgħasses u skortat.
Yorgen Fenech iddaħħal min-naħa tad-daħla fejn hemm tas-CID u fl-istess ħin dehru bosta uffiċjali tal-Korp u tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Ftit wara Yorgen Fenech deher ħiereġ mill-vettura u ddaħħal fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar interrogazzjoni b’rabta m’allegat xiri t’armi fosthom machine guns, bombi tal-idejn, balal u anki kimika tossika.
Hu mifhum li allegatament, is-suspettat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xtara dawn l-affarijiet minn fuq id-dark web.
Fenech mistenni jitressaq il-Qorti wara l-interrogazzjoni fid-Depot mixli b’akkużi marbuta max-xiri tal-armi.
https://www.one.com.mt/2021/08/26/yorgen-fenech-se-jigi-interrogat-fid-depot-u-jitressaq-il-qorti-fuq-xiri-tarmi/