Abigail, Evelyn, Rachel u Carlos; l-erbgħa li flimkien kienu magħrufa bħala 4 People, l-imħuħ wara s-sensiela popolarissima Ġiżelle, reġgħu ingħaqdu flimkien f’intervista waqt INDIGO, il-programm ta’ kuljum f’dan is-sajf fuq ONE.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/07/27141906/4f0c5316-edfd-4e71-889a-aa979996ec86-1.jpg)
L-Erbgħa (4 People) kienu ingħaqdu lura fl-2004 iżda Ġiżelle fuq it-televiżjoni kien beda fl-2006, aktar minn 16-il sena ilu. F’din l-intervista l-erba’ produtturi jirrakuntaw ħafna esperjenzi u avventuri taż-żmien li flimkien kienu jipproduċu Ġiżelle.
Segwi hawn l-intervista flimkien ta’ 4 People: