Filmat li kiseb ONE News juri dniefel jaqbżu u għaddejjin mill-bajja tax-Xwejni f’Marsalforn.
Persuna li nzertat fuq il-post ilbieraħ filgħaxija rat xena sabiħa ta’ dawn id-dniefel li jagħtu gost lil kull min jilmaħhom.
L-istess persuna qaltilna li din ix-xena hija waħda rari hekk kif hu mifhum li mhux komuni li d-dniefel jgħaddu minn dik il-bajja.
Filmat: Lorita Curmi