Xabbatur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li waqa’ fil-wied fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:15 ta’ waranofsinhar viċin il-pont tal-Mosta meta persuna kienet qed tixxabbat b’apparat apposta fejn għal xi raġuni spiċċat waqgħet fil-wied.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza u tim mediku.
Ix-xabbatur ittieħed l-isptar għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.