Wara li għadd ta’ ħut ittella’ fuq l-art kawża tal-mewġ qawwi, issa jidher li numru ta’ sewwieqa f’Santa Luċija ltaqgħu ma’ xi ħaġa mhux tas-soltu.
Dan hekk kif waqt li bdew isuqu, numru ta’ baqar dehru jiġru fit-toroq mitlufin.
Huma bosta li bdew iwissu biex jieħdu ħsieb kif isuqu u biex joqgħodu b’seba’ mitt għajn.