75% tal-belt ta’ Venezja tinsab taħt l-ilma wara għargħar li laħaq livelli rekord, tant li t-turisti ntalbu jitilqu mill-Pjazza San Mark.
L-awtoritajiet Taljani qed iwissu lin-nies biex jevitaw xi nħawi tal-belt minħabba l-periklu qed jikkawża l-livell għoli tal-ilma, li bħalissa jħallaq 1.5 metru.
Ir-reġjun ta’ Veneto jinsab fuq allarm massimu minħabba l-maltemp li għaddej minn fuq l-Italja, li sa issa ħasad il-ħajja ta’ 11-il persuna.
Diversi bliet u rħula madwar il-pajjiż mistennija jkunu milquta minn xita u riħ qawwija.